22,000 pazjent fl-Emerġenza tat-Tfal fl-Isptar Mater Dei | One News

Notifiki

22,000 pazjent fl-Emerġenza tat-Tfal fl-Isptar Mater Dei

L-Emerġenza tat-Tfal fl-Isptar Mater Dei, li din is-sena tagħlaq sentejn, tara medja ta’ 22,000 każ fis-sena, qal id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt li kien qed jindirizza seminar dwar l-aħħar żviluppi fl-emerġenza pedjatrika.

Chris Fearne fakkar kemm il-qasam tal-pedjatrija nbidel matul is-snin u meta speċjalizza hu, f’pajjiżna lanqas kellna kirurgi li joperaw fuq it-tfal biss. “Illum hi tant normali – kif illum hi ħaġa naturali li għandna emerġenza tat-tfal”, qal id-Deputat Prim Ministru.

Fakkar ukoll fil-wegħda elettorali li se twassal biex fis-snin li ġejjin ikollna sptar iddedikat għan-nisa u għat-trabi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend