Il-maltemp ta’ dawn l-aħħar jiem wassal għal nuqqas ta’ donazzjonijiet tad-demm li affettwa sew ir-riserva ta’ demm O positive.
Quddiem id-domanda kbira għad-demm, fosthom mill-pazjenti morda bil-kanċer, dawk operati, kif ukoll minn dawk li ġarrbu xi ġrieħi, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella b’mod urġenti għad-donazzjonijiet tad-demm partikolarment O positive.
F’dan il-mument ta’ bżonn kbir għad-demm, il-Bank qed nitolbu l-wiri tal-ġenerożità minn dawk kollha li huma f’saħħithom.
Ingħad li possibbliment dan għandu jsir illum fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum mit-8:00am sas-6:00pm.