“L-istqarrija m’hi xejn ħlief attentat ta’ ndħil fis-saltna tad-dritt ta’ Malta.” Qal dan l-S&D Group b’referenza għall-istqarrija tal-Partit Popolari Ewropew bit-titlu “Revoke arrest warrants and provide Russian whistleblower with protection – David Casa”.
Sostna li hija surreali li wara biss ftit sigħat li tkellmu dwar il-bżonn li jkun hemm rispett lejn l-istituzzjonijiet u s-saltna tad-dritt, Casa u l-PPE attakkaw l-indipendenza tal-ġudikatura.
L-S&D spjega kif fil-każ ta’ Maria Efimova, il-whistleblower Russa fil-każ ta’ Pilatus, il-qrati Maltin ħarġu mandat t’arrest Ewropew u Internazzjonali f’seduta f’Awwissu fejn hi reġgħet ma dheritx fil-qorti.
Dan kien għal seduta ta’ proċeduri kriminali li ma kinux relatati mal-allegazzjonijiet li għamlet kontra politiċi Maltin u jmorru lura xhur qabel dawk l-allegazzjonijiet.