Tkompli titwal il-lista ta’ persuni li qed jirriżenjaw mill-Partit Nazzjonalista. Tard il-Ħamis filgħaxija, l-Avukat Robert Piscopo ħabbar li rriżenja uffiċjalment minn kunsillier tal-Partit Nazzjonalista f’San Pawl il-Baħar.
Ir-riżenja tal-Avukat Piscopo mill-Partit Nazzjonalista ssegwi dik ta’ David Thake mill-istess partit wara nuqqas ta’ qbil mal-Kap tal-Partit Adrian Delia. Thake rriżenja minn Viċi Sindku ta’ San Pawl il-Baħar wara li sostna li ma setax jibqa’ aktar jirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista minħabba l-mod ta’ kif jaħsiba fuq il-Kap Nazzjonalista Adrian
Delia.
Ir-riżenja ta’ Piscopo saret magħrufa fuq il-blog tal-Avukat Franco Debono li ddeskriviha bħala persuna popolari sew fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar u li bħal Thake, se jkun qed iżomm is-siġġu fil-kunsill bħala kunsillier indipendenti.
Dan fil-waqt li rriżenja mill-Partit Nazzjonalista.