Iż-Żimbabwe fid-dlam dwar il-futur ta' Mugabe | One News

Notifiki

Iż-Żimbabwe fid-dlam dwar il-futur ta’ Mugabe

Il-poplu taż-Żimbabwe qed jistenna biex jara x’passi ser jieħu l-militar wara li ħa kontroll tal-pajjiż.

Il-President Robert Mugabe jidher li għadu taħt arrest f’daru iżda x’sar minn martu Grace, għadu mhux magħruf.

Il-ministri tal-Afrika t’isfel jinsabu fil-kapitali, Harare jiltaqgħu mal-armata u l-partiti politiċi.

Il-President Mugabe, ta’ tlieta u disgħin sena, ilu fil-kontroll taż-Żimbabwe minn meta l-pajjiż ħa l-indipendenza fl-elf disa’ mija u tmenin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend