Waqt żjara fiċ-Ċentru Santa Marta, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet it-tielet edizzjoni tal-kampanja ‘Naħseb Fik’. Permezz ta’ din il-kampanja, gruppi ta’ persuni identifikati jkunu jistgħu jagħmlu xewqat għal xi rigali partikolari u l-pubbliku jkun mistieden sabiex jagħti dawn ir-rigali.
Matul l-edizzjonijiet kollha ta’ din l-inizjattiva bbenifikaw l-anzjani, iżda din is-sena lkampanja se tiġi estiża għal persuni b’diżabilità kif ukoll għal tfal li għaddejin minn terapija jew kura. Il-Ministru Justyne Caruana qalet li ‘Naħseb Fik’ beda bħala proġett pilota iżda tant kien ta’ suċċess li din is-sena seta’ jikber aktar. Hi qalet ukoll li s-sabiħ ta’ dan il-proġett huwa li fi żmien il-Milied ikollna persuni li għal raġuni jew oħra ma jkunux jistgħu jaqsmu l-ferħ marbut ma’ dawn il-festi u għalhekk, bil-fatt li jkun hemm min jaħseb f’dawn il-persuni f’dawn il-ġranet partikolari, ċertament ikun qed isir ġest sabiħ immens skont it-tifsira vera tal-valuri li niċċelebraw fil-festi tal-Milied.
Il-Ministru Justyne Caruana qalet li l-esperjenza urietna li permezz ta’ ‘Naħseb Fik’ diġà ferraħna ħafna nies u għalhekk l-appell tagħha kien biex il-pubbliku jikkonkorri, jipparteċipa u jaħseb f’dawk il-persuni li jinsabu f’solitudini u li għaddejjin minn mumenti diffiċli. IlMinistru Justyne Caruana rringrazzjat lis-Sinjura Lina Pecorella li kienet il-moħħ wara din linizjattiva u lil dawk kollha li matul is-snin taw ir-rigal tagħhom.
Kull min huwa interessat li jipparteċipa f’dan il-proġett jista’ jidħol fis-sit elettroniku www.nahsebfik.com, iżur il-paġna ta’ Facebook ta’ ‘Naħseb Fik’, jew jibgħat email fuq info@nahsebfik.com. Il-Ministru kkonkludiet billi affermat li “lkoll flimkien, bħala komunità, nistgħu nagħmlu d-differenza f’dan il-Milied”.