Il-Korea t'Isfel tipposponi eżamijiet nazzjonali minħabba t-terremot | One News

Notifiki

Il-Korea t’Isfel tipposponi eżamijiet nazzjonali minħabba t-terremot

Il-Korea t’Isfel ipposponiet l-eżami nazzjonali għad-dħul fil-kulleġġ għall-ewwel darba.

Dan wara li l-pajjiż intlaqat minn terremot ta’ ħamsa punt erbgħa li kien it-tieni l-akbar li qatt sar u li ħalla minn tal-inqas sebgħa u ħamsin persuna midruba u aktar minn elf u ħames mija bla saqaf fuq rashom.

Dan it-test annwali ġie pospost għall-ġimgħa d-dieħla minħabba raġunijiet ta’ sigurta’.

L-eżami huwa kkunsidrat bħala wieħed kruċjali biex jassigura post f’waħda mill-aqwa universitajiet li eventwalment twassal biex ikun assigurat impjieg mill-aqwa.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend