Sid il-propjetà ta’ art fi Spinola qed jippjana li jdaħħal għaxar miljun ewro minn art li ngħatat minn Gvern Nazzjonalista li tagħha l-poplu Malti daħħal biss €35.
Appartamenti u penthouse li huma stmati li ser jinbiegħu għal total ta’ għaxar miljun ewro nbnew fuq art li ngħatat minn Gvern Nazzjonalista lil Vince Farrugia.
Dan sar magħruf waqt ix-xhieda tas-sid Vince Farrugia quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi li kien rappreżentat minn Dr. Peter Fenech li inċidentalment hu ukoll l-avukat tal-Partit Nazzjonalista
Din l-art ingħatat minn Gvern Nazzjonalista meta Jason Azzopardi kien Ministru tal-Artijiet.
Fuq Jason Azzopardi bħala Ministru tal-Artijiet l-Awditur Ġenerali ppubblika ħames rapporti li fihom kummenti serji dwar in-nuqqas ta’ trasparenza u governanza serja.
Matul ix-xhieda tiegħu s-Sur Farrugia semma kemm il-darba l-mod diżorganizzat ħafna li bih kien jaħdem id-Dipartiment tal-Artijiet u semma kif meta kien hemm in-negozjati ma’ Gvern Nazzjonalista minħabba l-prezz “tħalla lok biex ikun hemm il-korruzzjoni”.
Fuq dan il-każ, l-eks Direttur Ġenerali tal-Artijiet Iman Schembri, ikkonferma bil-ġurament li kien hass pressjoni fuq dan il-kaz filwaqt li l-eks-Ministru Jason Azzopardi kien involut sew fil-każ ukull deċiżjoni li kienet ittieħdet fid-deal skandaluż ta’ din il-proprjetà f’San Ġiljan
Is-Segretarju Permanenti Paul Zahra li kien jaħdem fil-Ministeru ta’ Jason Azzopardi giddeb ukoll lil Azzopardi wara li b’ġurament qal li mhux hu ta l-parir biex jiġi ssiġillat il-każ ta’ Spinola