Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Wied il-Għajn.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:00 fi triq il-Qaliet f’Wied il-Għajn meta karozza tal-linja kellha impatt ma’ minibus fejn bl-impatt spiċċat ħabtet f’żewġ vetturi li kienu pparkjati.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lix-xufier tal-karozza tal-linja u kif ukoll passiġġier li kien fil-minibus l-isptar Mater Dei hekk kif x’aktarx kienu qed isofru minn xokk.