Il-Verġni tal-Partit Popolari | One News

Notifiki

Il-Verġni tal-Partit Popolari

Il-Partit Popolari Ewropew iħaddan fih minestra ta’ ħafna partiti illi huma tal-lemin u taċ-ċentru, ħafna fdalijiet ta’ partiti illi kienu jgħid u li huma demokristjani fosthom hemm ukoll illum il-Partit ta’ Berlusconi.

Iċ-ċampjin bħala rappreżentant tal-partit ta’ Berlusconi huwa ċertament Tajani li kien barax geddumu jgħorku mal-ispalla ta’ Silvio Berlusconi meta kien għadu l-Italja. Imbagħad għamlu kummissarju.  Meta Tajani ra li mhux se jkun imġedded bħala kummissarju, ħareġ għall-elezzjonijiet Ewropej u tela’ u allura issa għax kien imiss lil Partit Popolari li jkollu ċ-ċermen il-President tal-Parlament Ewropew, Tajani resaq ‘il quddiem u rebaħ.Huwa fatt li l-Partit Popolari Ewropew fejn magħhom hemm ukoll it-Taljani, hemm ukoll in-Nazzjonalisti Maltin, għandhom sehem importanti.

Pero` li jiġu nies bħal dawn ‘il quddiem u jippruvaw ikunu Imħallfin tal-verġinita` ta’ pajjiż ieħor, lili turtani bil-kbir.  Il-Partit ta’ Berlusconi meta kien fil-Gvern u bl-istess mexxej li għandu ċioe` Silvio Berlusconi, ġie misjub ħati li kien xtara membri tal-Parlament u waqqa’ l-Gvern ta’ Prodi.  Is-sentenza kienet riċenti.  Għalkemm ir-reat ġie ddikjarat preskritt, però` il-kummenti fis-sentenza kienu li r-reat li  kien kommess kien ta’ korruzzjoni li xtara membri tal-Parlament u kien hemm ir-riżultat li kien hemm.  Din hija l-aqwa sistema demokratika, illi tista’ teżisti f’pajjiż illi jinxtraw il-membri biex iwaqqgħu l-Gvern.  Dawn huma l-istess nies li se jikkummentaw fuq ir-Rule of Law f’Malta.

Pero` daqstant ieħor il-Partit Nazzjonalista jekk jgħolli mnieħru ‘l fuq malajr isib xi jxomm.  Biżżejjed wieħed isemmi’ r-reat ta’ storn, (embezzlement) meta l-Gvern bil-Ministru tiegħu mingħajr l-approvazzjoni tal-Parlament jieħdu flus ta’ sitt mitt ewro fil-ġimgħa mingħajr ħadd ma kien jaf u meta biss inqabdu qalu se nagħtuhom lura.  Dan ma jfissirx li kien hemm ir-Rule of Law jew il-ħlas lura qatel ir-reat.

Lanqas hemm Rule of Law f’Malta li l-Partit Nazzjonalista jidħol fi ftehim ma’ kumpanija biex nies li jaħdmu miegħu jidhru fuq il-kotba ta’ kumpanija kummerċjali u allura hemm dikjarazzjonijiet foloz li huma milqutin mill-Artiklu 187 tal-Kodiċi Kriminali u jibqgħu għaddejjin qisu ma ġara xejn u b’wiċċhom minn quddiem jibqgħu jilgħabuha tal-verġni.

Dawn huma fatti illi mhux qed nivvintawhom jew nallegawhom, dawn huma ppruvati, kemm ta’ Berlusconi u kemm il-fatti l-oħrajn dwar il-Partit Nazzjonalista.

Fid-diskussjoni li se jkun hemm, se jkun hemm ħafna verġni li jagħmlu ġudizzju.

Nistennew.

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Send this to a friend