Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluan fisser it-tbassir li qed tagħmel il-Kummissjoni Ewropea dwar l-ekonomija Maltija bħala “ċertifikat importanti fil-kalendarju tal-Unjoni Ewropea”.
Il-Ministru qal li l-fatt li jkollok il-konferma tal-Unjoni Ewropea bit-tbassir tagħha huwa importanti ħafna. Qal li l-iktar ħaġa importanti fit-tbassir tagħhom mhux biss li qed nagħmlu s-surplus, iżda li s-surplus mhux biss fil-finanzi pubbliċi iżda wkoll fuq il-kont estern, f’dak il-kummerċ ma’ barra li qiegħed f’surplus. Qal li ftit huma dawk il-pajjiżi fid-dinja li għandhom dan is-surplus u tenna li dan is-surplus se jkompli fis-snin li ġejjin.