Ir-rapport ta’ investigazzjoni tal-kumitat tal-Parlament Ewropew fuq il-Panama Papers, magħruf bħala l-Pana Committee, ikkonferma dak li ilu jsostni l-Gvern Malti. Dak li s-sistema tat-taxxa f’pajjiżna hija skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea u l-OECD.
Fir-rapport li segwa investigazzjoni twila jagħmilha ċara li rriżulta li Malta adottat ir-regoli kollha tal-Unjoni Ewropea dwar is-suġġett kemm f’dik li hi trasparenza, kif ukoll f’dik li hi l-ġlieda kontra l-frodi u l-ħasil ta’ flus.
“Malta transposed EU rules and respects OECD standards in terms of transparency, fight against tax fraud and money laundering,” jgħid preċiżament dan ir-rapport.
L-istess rapport jirrikonoxxi li s-sistema ta’ tassazzjoni f’pajjiżna hija waħda attraenti ħafna. Iżda, dan b’konformità ma’ mal-istandards Ewropej u internazzjonali.
Fil-fatt ir-rapport jgħid: “The Maltese tax system is very attractive and in line with current international and EU standards as regards harmful tax competition.”