attentat ta’ qtil.
Natalie Williams, nstabet maqfula f’kamra taħt l-art qrib ir-Rinella fil-Kalkara wara li allegatament żewġha qafilha għal tlett ijiem sħaħ.
Sorsi qrib l-investigazzjoijiet tal-pulizija kkonfermaw ma’ one.com.mt li l-Pulizija mistennija tixli lil żewġha b’attentat ta’ qtil.
Kien il-Ġimgħa li għadda li l-qraba tal-mara rrapportaw lil Natalie bħala persuna nieqsa. Hum bdew ixerrdu r-ritratt tagħha fuq is-siti soċjali bil-għan li jiksbu xi informazzjoni ta’ fejn setgħet kienet.
Il-każ ħa żvolta ġdida t-Tnejn filgħaxija, meta l-Pulizija mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit wieġbu għal sejħa għall-għajnuna wara li ġie rrapportat li kien hemm argument fi triq is-Salvatur fil-Kalkara. Argument li fih kien hemm involuti r-raġel ta’ Natalie, li hu ta’ nazzjonalità barranija, u l-qraba tagħha. Kien proprju hemm meta żewġha allegatament ammetta li hu kien qed iżommha maqfula f’kamra taħt l-art fil-limiti tal-Kalkara fejn minn hemm ħa lill-Pulizija fuq il-post.
L-istess sorsi spjega li l-Pulizija kellhom diffikultà kbira biex jaslu għal din il-kamra hekk kif il-passaġġ għaliha ma kienx wieħed faċli.
Mal-wasla tagħhom sabu xena xokkanti ta’ Natalie mingħajr saħħa u mifxula fil-kliem. Dan għall-fatt li kienet ilha madwar tlett ijiem ma tingħata x’tiekol.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditha l-isptar Mater Dei biex tingħata l-kura. Jidher li Natalie tinsab f’kundizzjoni tajba.
Żewġha ġie arrestat u qed jinżamm fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija sakemm isir aktar stħarriġ.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali li qed titmexxa mill-Maġistrat Joe Mifsud li ħatar bosta esperti biex jassistuh fl-inkjesta.