Il-Prim Ministru tar-Renju Unit qed isejjaħ għal proċeduri ġodda għall-fastidju sesswali fost serje ta’ allegazzjonijiet ta’ mġieba mhux xierqa minn membri parlamentari tagħha.
Theresa May qalet dan filwaqt li saħqet li jeħtieġ li ssir riforma dixxiplinarja.
Wara numru ta’ allegazzjonijiet li saru fl-aħħar jiem dwar l-imġiba tal-membri parlamentari, kemm il-gvern kif ukoll l-awtoritajiet tal-House of Commons jinsabu taħt pressjoni biex jaġixxu malajr kemm jista’ jkun.