Raġel ittieħed l-isptar wara li ntlaqat minn vettura fil-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-08:15 fi triq Mahatma Gandhi fil-Fgura meta r-raġel intlaqat minn vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 36 sena minn Ħal Tarxien..
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neċessarja.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.