Meusac issa b'dehra ġdida | One News

Notifiki

Meusac issa b’dehra ġdida

Kif kien ħabbar il-Ministru tal-Finanzi fid-diskors tal-Budget 2017, il-Meusac issa għaddiet minn rebranding sħiħa biex illum qed terġa’ tiġi mnedija b’dehra ġdida.
Dan sabiex pajjiżna jkompli jkun fuq ta’ quddiem fid-diskussjonijiet tal-Unjoni Ewropeja. Il-Kap tal-Meusac saħaq li wara li l-Prim Ministru uża l-poteri li tagħtih il-liġi biex jagħmilha aġenzija awtonoma issa l-iskop se jkun biex tressaq l-Unjoni Ewropea lejn iċ-ċittadin.
Dan sabiex verament kulħadd ikun kburi li pajjiżu jagħmel parti minn din l-unjoni. Is-segretarju parlamentari Aaron Farrugia saħaq li issa pajjiżna għandu l-opportunita’ biex ikun quddiem nett fid-dibattiti u d-diskussjonijiet fuq it-tibdil li qed iseħħ fl-Unjoni.
Il-Ministru Helena Dalli saħħqet li llum kulħadd jista’ jara kemm kienet deċiżjoni tajba li fil-leġislatura li għaddiet din l-aġenzija saret taqa’ taħt il-Ministeru għall-Ewropa.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend