Malta ntgħażlet bħala l-pajjiż li fih se jkun qed jitwaqqaf il-Kwartieri Ġenerali tal-Kunsill Globali għat-Tolleranza u l-Paċi.
Ħabbar dan l-iSpeaker Anglu Farrugia permezz ta’ stqarrija fejn laqa’ din l-aħbar b’sodisfozzjan kbir. Hu nnota kif Malta dejjem ħadmet għat-tolleranza u l-paċi u qed tħares ‘il quddiem għal koperazzjoni bejn il-Parlament ta’ Malta u l-Kunsill.
F’laqgħa mal-President tal-GCTP, Ahmed bin Mohammed Al-Jarwan, Al-Jarwan spjega l-ħsieb wara t-twaqqif ta’ dan il-Kunsill kif ukoll il-miri tal-GCTP.
Al-Jarwan kien akkumpanjat minn Georges Soulage, Konsulent tal-President tal-GCTP, Mousebeck Al Kitbi, Assistent tal-President tal-GCTP, Samir Anoiti, Direttur Reġjonali tal- UNFPA u Faris Mekky, Direttur tal-Uffiċċju.