Donazzjoni ta' €60 lill-MCCF għal kull tunnellata skart tat-Tetra | One News

Notifiki

Donazzjoni ta’ €60 lill-MCCF għal kull tunnellata skart tat-Tetra

Il-Green MT nediet skema li twassal biex jikber l-għarfien fuq l-immaniġġjar tal-iskart. Dan hekk kif se tkun qed timmarka l-“European Week for Waste Reduction” bil-ġbir ta’ pakketti tal-ħalib u tal-juices.
Ma kull tunnellata ta’ skart li tinġabar il-Green MT se tkun qed tagħti donazzjoni ta’ €60 lill-Malta Community Chest Fund. Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca saħħqet li din hija skema li tkompli taħdem fuq l-isbatax-il mira għal żvilupp sostenibbli tal-Agenda elfejn u tletin.

Il-Ministru Jose Herrera saħaq li dan ikompli jkabbar l-għarfien f’pajjiżna dwar l-importanza tal-immaniġġjar tal-iskart. Dan filwaqt li rrimarka li b’tibdil leġislattiv f’pajjiżna nistgħu nersqu lejn punt fejn l-isseparar tal-iskart domestiku u kummerċjali jibda’ jsir b’mod obligatorju.

Sabiex wieħed jieħu sehem fil-ġabra bl-isem ‘Tetra għall-Istrina’ wieħed għandu jlaħħlaħ il-kontenituri tal-ħalib jew tal-juices użati, jiċċatjahom u filwaqt li jpoġġihom f’borza li ma jkolliex lewn iswed, iċempel fuq il-freephone 80074444.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend