Anzjan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nstab mimdud mal-art wara li x’aktarx waqa’ f’Għawdex.
L-inċident seħħ tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart fi Triq Borg Geritu, ir-Rabat, Għawdex.
Il-Pulizija mid-Distrett marru mmedjatament fuq il-post fejn instab raġel mimdud ma’ l-art li kien jirrikjedi għajnuna medika u li x’aktarx kien waqa`. Ir-raġel li għandu 80 sena u residenti r-Rabat stess, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u iktar tard ġie ċertifikat li
qed jsofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr. J. Vella Cuschieri LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.