Studenti universitarji tal-Kriminoloġija jżuru lill-Ispeaker – One News

Notifiki

Studenti universitarji tal-Kriminoloġija jżuru lill-Ispeaker

 

Għoxrin student u studenta universitarji tal-ewwel sena tal-BA Criminology għamlu żjara ta’ korteżija lill-Ispeaker Anġlu Farrugia.

L-Ispeaker tkellem dwar il-funzjonijiet tal-Parlament u l-proċess leġiżlattiv, ix-xogħol li jsir fosthom fil-kumitati parlamentari u l-importanza tal-irwol tal-membru parlamentari – dik li jiskrutinizza l-operat tal-Gvern għall-ġid komuni u għat-tisħiħ tad-demokrazija.

Anġlu Farrugia rrefera wkoll għall-ħidma tal-Parlament Malti fl-isfera internazzjonali, u l-parteċipazzjoni attiva tal-membri parlamentari u tas-sedja f’fora parlamentari lil hinn minn xtutna.

L-Ispeaker ikkonkluda d-diskors tiegħu billi awgura lill-istudenti kull suċċess fl-istudji tagħhom.

L-istudenti kienu akkumpanjati mil-lecturer tal-Kriminoloġija fl-Università ta’ Malta, id-Deputat Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija Dr Antoine Casha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend