Ġiet irreġistra żieda fin-numru ta’ turisti li qagħdu fil-lukandi u kif ukoll fl-iljieli li dawn qattgħu f’pajjizna tul ix-xahar ta’ Awwissu.
Skont rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, it-turisti li qagħdu fil-lukandi u f’akkomodazzjonijiet oħra kien jammonta għal żieda ta’ 10.7% iżjed minn meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
Filwaqt li n-numru ta’ ljieli li dawn qattgħu ra żieda ta’ 4.8% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
L-akbar żieda fin-numru ta’ ljieli kienet irreġistrata fil-lukandi ta’ erba’ stilel li dawn irreġistraw 47.6% seba tat-total ta’ ljieli kollha matul ix-xahar ta’ awwissu.
Matul dan ix-xahar kien hemm zieda fin-numru ta’ ljieli mqatta gewwa Ghawdex u anke f’ Kemmuna li zdiedu b’ seba punt hamsa fil-mija u seba punt seba fil-mija rispettivament. Meta kkumparat ma’ Awwissu tas-sena l-ohra.
Dan jammonta żieda ta’ 11,641 lejl f’Għawdex u 49,295 lejl f’ Kemmuna.
Intant skont l-istess rapport, fl-ewwel tmien xhur tas-sena jigifieri bejn Jannar u Awwissu kien hemm żieda ta’ 13.5% f’persuni li qagħdu f’akkomodazzjonijiet meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
Iż-żieda ġiet irreġistrata wkoll fin-numru ta’ ljieli mqatta’ f’dawn il-lukandi u akkomodazzjonijiet oħra li kienet ta’ 6.2%, li laħqet 6.5 miljun lejl.
L-unika tnaqqis li ġie rreġistrat kien fl-ammont ta’ ljieli li l-istess turist qatta’ f’pajjiżna li kien ta’ 0.3% filwaqt li f’ Għawdex u f’Kemmuna dan baqa’ l-istess, jiġifieri ta’ madwar erba ljieli.