David Thake rriżenja minn Viċi Sindku ta’ San Pawl il-Baħar wara li sostna li ma jistax jibqa’ aktar
jirrapprezenta lill-Partit Nazzjonalista minħabba l-mod ta’ kif jaħsiba fuq il-Kap Nazzjonalista Adrian
Delia.
Huwa wera l-iskantament tiegħu kif l-ittra ta’ riżenja saret pubblika siegħa wara li bagħatha. Saħaq li
Adrian Delia għandu ħafna xi jwieġeb dwar allegazzjonijiet li saru fil-konfront tiegħu u għalhekk
qal li mhux denju li jokkupa l-kariga.
Fl-ittra li bagħat lil Delia huwa qal li l-pożizzjoni tiegħu bħala kunsillier tal-Partit Nazzjonalista ma
kinitx għadha waħda tenibbli minħabba l-mod kif jaħsibha fuqu.