Carmelo Zuccaro, il-Prosekutur ewlieni fi Sqallija li qiegħed imexxi l-inkjesta dwar kuntrabandu ta’ fjuwilmil-Libja lejn l-Ewropa ma eskludix li persuni investigati minnu b’rabta ma’ dan il-każ, jistgħu jkunu wara l-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galiziza.
Il-Prosekutur Zuccaro ddikjara dan f’intervista li sartilu t-Tlieta mal-ġurnal The Guardian f’artiklu taħt it-titlu Death of Maltese journalist ‘could be linked to fuel-smuggling network’.
Huwa qal li fil-passat Caruana Galizia ħadmet fuq artikli dwar kutrabandu tal-fjuwil bejn il-Libja u Malta. Żied jgħid li fl-artikli tagħha hija semmiet bosta persuni involuti fl-inkjesta li qed jagħmel fosthom, il-Malti Darren Debono li ġimgħa l-oħra ġie arrestat f’Lampedusa b’rabta ma’ dan il-każ.
Saħansitra wara l-qtil ta’ żewġ Maltin b’karozza bomba, hija wissiet lil Debono biex joqgħod b’sebgħa għajnejn li ma jkunx hu wkoll li jgħaddi mill-istess destin.
F’artiklu ppubblikat fi Frar tas-sena li għaddiet, hija kitbet ukoll li Debono kien sid ta’ restorant u sajjied u b’ironija rrimarkat li kien qed jagħmel ħafna negozju mal-Libja.
Intant skont l-investigaturi li għamlu użu ta’ apparat li jinterċetta t-telefonati, Debono esprima rabja kbira kontra kumitat ta’ esperti tan-Nazzjonijiet Magħquda wara li qalu lill-kumitat tas-sigurtà b’kutrabandu tal-fuel mil-Libja lejn Malta.
Fir-rapport investigattiv ta’ 284 paġna jingħad ukoll li Debono ġie interċettat jesprimi r-rabja tiegħu dwar aprtiklu ppubblikat fuq il-Wall Street Journal fuq is-suġġett. Jingħad li Debono kien konvint li dan influwenza l-konklużjonijiet tal-esperti tal-Nazzjonijiet Magħquda. B’referenza għall-fatt li Caruana Galizia tellgħet dan l-artiklu fuq il-blog tagħha, Debono f’telefonata ma’ sieħbu għajjar lill-ġurnalist
Intant b’reazzjoni għal dikjarazzjonijiet li għamel il-Prosekutu Zuccaro mal-istess ġurnal, il-Ministeru għall-Ġustizzja qal li l-awtoritajiet ġudizzjarji Maltin kienu qegħdin jikkoperaw mal-awtoritajiet ġudizzjarji u mal-
Il-Ministeru qal li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali beda l-proċeduri meħtieġa quddiem il-Qorti sabiex jinġabru l-provi li ntalbu mill-prokura Taljana skont il-liġi. Qal li fil-fatt diġà saru żewġ seduti quddiem il-Maġistrat Claire Zammit Stafrace u oħra ser issir fil-jiem li ġejjin.
Il-Ministeru saħaq li kull akkuża li l-awtoritajiet Maltin ma għandhomx interess jikkoperaw mal-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ pajjżi oħra hija għalkollox fiergħa, inveritiera u inġusta.