Il-Parlament Ewropew għadda reżoluzzjoni kontra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex tiġġedded il-liċenzja tal-glyphosate għall-għaxar snin li ġejjin.
F’rebħa kbira parlamentari għas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D), il-Parlament Ewropew talab għal projbizzjoni tal-glyphosate għall-użu mhux professjonali u l-użu f’parks pubbliċi, ġonna u bandli filwaqt li, għall-użu agrikolu, jitneħħa fuq perjodu ta’ ħames snin.
L-MEP Laburista Miriam Dalli, koordinatriċi tal-S&D dwar l-ambjent u kelliema dwar is-saħħa u l-ambjent, imbuttat ´l quddiem li l-glyphosate għall-użu tal-bdiewa u industrija jiġi projbit fuq medda ta´ ħames snin.
Fil-parlament Ewropew, Miriam Dalli tkellmet b’mod b’saħħtu kontra n-nuqqas ta’ trasparenza, id-dubju li tqajjem dwar l-affidabbiltà xjentifika u l-indipendenza xjentifika fid-dawl tad-dubji li tqajmu dwar il-validità tal-istudji preżenti.
“It-tħassib qed jikber dwar in-nuqqas ta´ trasparenza fil-proċess ta´ klassifikazzjoni tal-UE u hemm ħafna tħassib dwar is-sigurta´ ta´dan l-erbiċida,” qalet l-MEP Laburista Miriam Dalli. “Huwa ppruvat li ċ-ċittadini huma esposti għal glyphosate mill-ikel, erbiċida u dawk li jgħixu viċin ta´ żoni fejn il-glyphosate jintuża ta´ spiss. Glyphosates u r-residwi tiegħu ġew maqbuda fl-ilma, fil-ħamrija, fl-ikel u x-xorb u kif ukoll fil-ġisem uman.”
Dr Dalli ddeskriviet il-vot tal-lum bħala wieħed ta’ rebħa importanti għas-saħħa u l-ambjent