Il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera ħabbar illejla fil-Parlament li l-gvern se jwaqqaf entità ġdida: Ambjent Malta biex jivvalorizzaw l-ambjent u jħalli legat għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Huwa qal li din se tkun entità li tħeġġeġ lil min hu kapaċi jmexxi dawn is-siti. L-oppożizzjoni m’għandhiex tikkritika biss iżda tressaq il-proposta tagħha.
Il-Ministru qal li l-ambjent mhux ballun politiku u wieħed ta’ opportuniżmu. Huwa qal li l-istatus quo mhux sostenibbli. Il-gvern mistenni jdaħħal il-protezzjoni tal-ambjent fil-Kostituzzjoni.
Il-gvern poġġa l-ambjent fiċ-ċentru tal-politika tiegħu u waqqaf l-awtorità għall-ħarsien tal-ambjent, għalaq il-power stations, u irri-alloka l-fish farms biex iħarers il-baħar. Il-gvern se joħloq direttorat għall-inforzar fl-ERA u qorti għall-ambjent.
Inbeda l-proċess biex jinbena impjant tal-iskart. Huwa qal li ma jafx għaliex l-oppożizzjoni u xi għaqdiet ambjentali ma jridux jieħdu sehem f’dan il-pass li se jħares l-ambjent li hu wasam importanti u insensittiv. Jidher li l-Oppożizzjoni mhix lesta tiddiskuti man-nies esperti li hemm f’dan il-kumitat. “Bil-kritika biss, miżbla akbar biss se ikollna,” wissa.
Dis-sena nżergħu 8,000 siġra u issa d-dieħla mistennija jżiduhom b’erbat elef sigra indiġena – waħda għal kull wild.
F’dan il-budget il-gvern wera li ghandu għal qalbu l-ambjent.
Għall-immaniġġar tal-iskart – l-akbar sfida li għandu f’din il-legislatura – il-gvern żied il-budget b’erba’ miljun ewro għal 45 miljun. Għall-iskart organiku żied l-allokazzjoni b’erba’ miljun oħra waqt li l-vot kapitali żdied minn 45 miljun ewro għal 51 miljun ewro.
Huwa qal li l-pajjiż irid ibiddel il-mentalità dwar l-iskart u jibda jisseparah u joħroġ il-boroż fil-jum tagħhom. Il-gvern huwa impjenat li jżarma’ l-impjant ta’Sant’Antin fi żmien seba’ snin.
Il-Ministru qal li trid tinbidel ukoll il-mentalità tal-ġbir tal-iskart tas-settur kummerċjali. L-iskart tal-annimali qed jipperikola l-ilma u se jsiru sistemi aktar aċċettabbli skont regoli tal-UE.