Dik li suppost kellha tkun dimostrazzjoni Nazzjonali kienet il-kawża li dalgħodu aktar minn elfejn familja jinsabu mweġġgħa b’dak li sar f’din id-dimostrazzjoni.
Sostnew dan il-President tal-Police Officers Union l-Ispettur Sandro Camilleri u s-Segretarju tal-Malta Police Association l-Ispettur Robert Vella meta kkundanaw iż-żeblih li sar ilbieraħ fil-konfront tal-Kumissarju tal-Pulizija u l-Membri tal-Korp waqt id-dimostrazzjoni.
Preżenti għal din il-parti tad-dimostrazzjoni kien hemm ukoll l-Eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.