Il-pulizija Brażiljana tarresta 108 fuq pedofilija – One News

Notifiki

Il-pulizija Brażiljana tarresta 108 fuq pedofilija

Il-pulizija Brażiljana iddikjarat li arrestat 108 persuna fl-akbar operazzjoni li qatt saret kontra l-pedofilija fl-Amerka t’Isfel.

Is-suspettati ġew arrestati f’24 stat u l-kapitali, Brażilja. Il-Ministru tal-Ġustizzja Torquato Jardim qal li dawk miżmuma kienu parti minn ċirku li kien fejn kienu jinqasmu ritratti pornografiċi ta’ tfal permezz ta’ kompjuters u telefowns ċellulari.

L-operazzjoni ġabet fit-tmiem investigazzjoni ta’ sitt xhur, li involviet ukoll uffiċjali tal-immigrazzjoni Amerikani u Ewropej.

L-investigaturi sabu aktar minn 150,000 fajl li fihom stampi disturbanti.

Fost dawk arrestati hemm uffiċjali tal-pulizija irtirati, ħaddiema taċ-ċivil u nies inkarigati minn klabbs tal-futbol taż-żgħażagħ.

Mhuwiex ċar jekk dan iċ-ċirku tal-pedofilija kienx qed jopera b’mod indipendenti fil-Brażil biss jew jekk kienx konness ma’ ċrieki kriminali oħra barra mill-pajjiż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend