Tfal se jfittxu bil-Qorti lill-pajjiżi Ewropej għat-tibdil fil-klima | One News

Notifiki

Tfal se jfittxu bil-Qorti lill-pajjiżi Ewropej għat-tibdil fil-klima

Grupp ta’ tfal Portugiżi mir-reġjun ta’ Leiria, żona maħkuma min-nirien fatali tal-foresti fil-Portugal dan is-Sajf se jkun qed ifittex 47 il-Istat Membru tal-Kunsill tal-Ewropa, talli naqsu milli jieħdu azzjoni dwar it-tibdil fil-klima.

Is-seba’ żgħażagħ, bejn it-tmien u t-tmintax-il sena, se jkun qed ifittex l-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa li skont l-Aġenzija għall-Protezjoni tal-Ambjent tal-Istati Unit flimkien jipproduċu mill-inqas 14% tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet b’effett ta’ serra.

Bħala firmatarji tal-ftehim dwar il-klima ta’ Pariġi, il-pajjiżi qablu li jnaqqsu r-rati ta’ emissjonijiet tagħhom biex jgħinu jipprevjenu li t-temperaturi globali jogħlew b’aktar minn 2˚C.

It-tfal se jitolbu lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tgħid lin-nazzjonijiet biex jinfurzaw politika aktar b’saħħithom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, u biex iwaqqfu t-tħaffir tar-riżervi tal-fjuwils fossili.

Skont l-Avukat tagħhom l-azzjoni legali hija importanti għaliex jekk tirnexxi, għandha tiffissa preċedent storiku fl-Ewropa.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend