Il-PM fi Brussell dwar BREXIT u l-immigrazzjoni | One News

Notifiki

Il-PM fi Brussell dwar BREXIT u l-immigrazzjoni

Sebaħ jum ta’ ħidma ieħor fi Brussell għall-Prim Ministru Joseph Muscat, li qed jattendi għal summit ta’ jumejn flimkien mal-mexxejja Ewropej.

Indirizz kostruttiv mill-Prim Ministru tar-Renju Unit Therese May dwar il-kwistjoni tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

“Indirizz kostruttiv fejn tressqu l-argumenti tar-Renju Unit bl-aħjar mod.” Kien dan il-mod li bih il-Prim Ministru tkellem fuq l-indirizz li għamlet il-Prim Minstru tar-Renju Unit, Therese May, waqt il-Kunsill tal-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea li ġie fi tmiemu llum fi Brussel. Minkejja dan iżda, ma kien irraportat l-ebda progress sinifikanti fuq il-kwistjoni tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Filfatt is-Summit tal-Mexxejja li jmiss, li se jiltaqa’ f’Diċembru li ġej, se jkun qed jevalwa l-progress fit-taħdidiet bejn in-negozjatur Ewropew u l-Unjoni Ewropea primarjament fuq tliet binajri; il-kwistjoni tad-drittijet taċ-ċittadini, ir-relazzjoni mal-Irlanda u l-obbligi finanzjarji tar-Renju Unit.

 

Ma jistax ikun li l-piż tal-immigrazzjoni jintrefa’ minn pajjiż wieħed

Dwar l-immigrazzjoni llegali l-Prim Ministru nnota kif nofs il-flus li sejrin għall-pajjiżi Afrikani ġejjin mill-Italja u qal li ma jistax ikun li jkun pajjiż wieħed biss li jerfa’ piż daqstant kbir.

Joseph Muscat fakkar kif minkejja li f’pajjiżna ma kienx hemm influss qawwi fil-wasliet ta’ immigranti fl-aħħar snin, il-kwistjoni tista’ tinbidel mil-lejl għan-nhar u aċċenna għall-fatt li meta tkun imrażżna rotta, qed tispiċċa tinfetaħ oħra bħal kif qed jiġri fil-każ ta’ Spanja.

F’dan il-Kunsill tal-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea kien irreafermat il-punt importanti ta’ preżenza u għajnuna Ewropea f’postijiet li minnhom jitilqu l-immigranti bħal-Libja u l-pajjiżi ġirien bħala soluzzjoni ewlenija għar-realtà tal-immigrazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend