‘Il fuq minn 180 mużiċist b’60 siegħa ta’ mużika għall-karità – One News

Notifiki

‘Il fuq minn 180 mużiċist b’60 siegħa ta’ mużika għall-karità

Tmiem il-ġimgħa differenti ġewwa Talbot&Bons fi SkyParks f’Ħal Luqa, hekk kif bdiet maratona ta’ 60 siegħa ta’ mużika bla waqfien. 

Sittin sija ta’ mużika differenti b’artisti lokali li kollha se jkun qed joffru t-talenti tagħhom għall-għan mill-iktar nobbli.

Dan hekk kif se jinġabru flus għall-karita li se jmorru għall-għaqda mhux governattiva Salesian Brigade, li tieħu ħsieb it-tfal.

Id-direttur tal-kumpanija Amy Talbot li ukoll hija l-organizzatriċi ta’ din il-maratona saħħqet li dan l-avveniment ukoll se jkun qed jipprovdi oppurtunita’ lill-mużiċisti ġodda sabiex iwasslu d-diski tagħhom

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend