Ir-Riformi fi ħdan id-dipartimenti li jaqaw taħt il-Ministeru għall-Finanzi fosthom dak tal-VAT u t-Taxxi Interni ser iwasslu biex tkompli tiġi miġġielda l-evażjoni tat-taxxa.
Il-progress f’dawn ir-riformi ġew imsaħħa fil-bidu ta’ din il-leġislatura l-ġdida hekk kif ġie appuntat it-tieni segretarju permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, responsabbli biss minn dawn ir-riformi u l-amministrazzjoni tad-dipartimenti.
Tkellem iżjed dwar dan il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna f’ konferenza organizzata mill-Istitut tal-‘Management’.
Huwa sostna li bl-iżviluppi li għaddejjin b’ mod globali, iktar qed ikun hemm riskji ta’ frodi fit-taxxa u allura l-Gvern irrid li jilqa’ għal dan.
Scicluna qal li “dan se jkun qed jara li din ir-riforma li jkun hemm bżonn biex l-organizzazzjoni tissaħħaħ qed issir. Apparti minn hekk l-Unjoni Ewropea qed tara wkoll x’tibdin għandu jsir, speċjalment fuq il-VAT biex ma jippermettix evażjoni ta’ taxxa bejn pajjiż u ieħor.”
F’ dan il-kuntest il-Gvern Franċiż qed jimbotta l-quddiem sistema ġdida ta’ taxxa f’ dak li għandu x’ jaqsam ma’ kummerċ elettroniku jew kif inhu magħruf bħala e-commerce.
Il-President tal-Istitut tal-‘Management’ Reuben Buttigieg tkellem dwar id-diffikultajiet lill-professjonijisti li jaħdmu fis-settur jħabbtu wiċċhom magħhom.
Fost dawn hemm in-nuqqas ta’ qsim ta’ informazzjoni li ovvjament trid issir fil-kuntesta tal-att dwar il-protezzjoni tad-data.
Huwa qal kif apparti li b’ dawn ir-riformi ser negħlbu dawn il-problemi, ir-riformi wasslu sabiex pajjiżna jattira iżjed investiment.
Buttigieg qal li b’hekk “nuru li aħna iżjed professjoni minn dipartimenti oħra, li qed niġu inġustament attakkati minn pajjiżi oħra u nkunu qed nagħtu messaġġ b’saħħtu hemm barra. Fejn aħna mhux biss nuru li mhux vera dak li qed jingħat fuqna imma aħna iżjed avvanzati minn pajjiżi oħra fil-ġbir tat-taxxa. Pero’ b’mod aktar effiċjenti u ppjanat.”
Il-Ministru Scicluna temm jgħid lit-‘taskforce’ imwaqqfa s-sena l-oħra bil-għan li tiġġieled l-evazzjoni tat-taxxa ser ikollha l-irwol li sservi ta’ ċentru ta’ ntelliiġenza u kif ukoll topera sabiex tiġi evitata l-evizzjoni fiskali li jwasslu għall-ekonomija illegali.