Raġel sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal–ħamsa ta’ filgħodu fi Triq il-Kavetta, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li raġel
Eritrean ta’ 45 sena, residenti San Pawl il-Baħar stess, safa ferut wara li allegatament kien involut
f’argument bejn xi persuni oħra.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn gie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi
gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.