Il-Parlament dalgħodu beda d-diskussjoni dwar l-estimi ġenerali tad-diversi Mnisteri – diskussjoni li se tibqa’ sejra sa nhar l-Erbgħa, 25 ta’ dan ix-xahar fejn dakinhar jittieħdu l-voti kollha.
Dalgħodu ġew diskussi l-estimi tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal–Ilma. Il-Ministru Joe Mizzi qed jitlob approvazzjoni ta’ €77.536 miljun bħala vot rikorrenti u €8.416 miljun bħala vot kapitali.
Huwa qal li l-iżvilupp u l-kompetittività ta’ pajjiża jiddependu minn enerġija stabbli, sostenabbli, sigura u affordabbli – oġġettivi fundamentali li l-gvern qed ikompli miexu fuqhom.
Il-Ministru Mizzi qal li l-emissjonijiet fl-arja is-sena l-oħra naqsu b’35% fuq is-sena ta’ qabel. Malta timporta aktar minn 95% tal-enerġija u qed jaħdem biex dan jonqos.
Huwa qal li żdied l-użu tal-ilma u dan kien piż ukoll fuq l-ilma tal-pjan. L-Immaniġġjar tal-ilma huwa fuq nett fuq l-aġenda tal-gvern b’investiment fi strutturi ġodda bħall-ilma tat-tieni klassi. Huwa appella għal użu aħjar tal-ilma biex jintlaħaq bilanc bejn id-domanda u l-provvista tal-ilma.
F’dik li hija provvista tal-elettriku, il-Ministru qal li s-sajf li għadda, l-użu kien wieħed rekord: minn 438 megawatt għal 469 megawatt.
Huwa qal li l-pipeline tal-gass huwa element kritiku fil-provvista tal-enerġija li jgħaqqad lil Malta ma’ Gela fi Sqallija.
Ħabbar li s-sena l-oħra 2,800 ibbenefikaw mis-sussidju għall-pannelli solari. Dan se jitla’ għal 3,200 familja li jfisser li se jonqsu 21,000 tunellata ta’ carbon dioxide (CO2) fis-sena. Minn solar water heaters ibbenefikaw 325 familja u issa se jiġu ntrodotti l-heat pumps water heaters li se jfissru aktar roħs fil-kont tad-dawl. Se jinbdew żewġ solar farms oħra flimkien mal-privat – skema li diġa; ġiet approvata mill-UE.
Dr Byron Camilleri qal li kien dal-gvern li għalaq il-power station tal-Marsa biex ir-
Intant meta iltaqgħet il-Kamra tad-Deputati illum wara nofsinhar, id-deputat tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia ġibed l-attenzjoni tal-President li lbieraħ, waqt li kellu l-mikrofonu magħluq, irrefera għas-Segretarju Parlamentari Deo Debattista u żvela xi ħaġa li tkellmu dwarha bħala żewġ kollegi tobba.
Huwa qal li jiddispjaċih għal dan il-fatt u talab apoloġja pubblika.
Dr Debattista irringrazzja lil Dr Farrugia u apprezza li għamel din l-apoloġija. Qal li huwa meta jgħid xi ħaġa kunfidenzjali ma’ kull deputat, apparti s-sigriet professjonali ta’ tobba, japprezza li din tibqa’ kunfidenzjali. Huwa laqa’ l-apoloġija.
Il-Whip tal-Oppożizzjoni David Agius ta l-kondoljanzi lill-kap eżekuttiv tal-PBS John Bundy għall-mewt ta’ missieru Alfred. Id-deputat Laburista Glenn Beddingfield, li kien fis-sedja, ngħaqad miegħu f’isem il-Kamra kollha.
Il-Kamra qed tiddiskuti l-estimi tal-Ministeru għall-Affarijiet
Illejla, bejn is-18:30 u d-21:30, il-voti tal-Ministeru għall-Affarijiet