Il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani ddikjara li għandu fiduċja sħiħa fil-Pulizija u l-qrati Maltin.
Tajani ddikajra dan fil-Parlament Ewropew b’rabta mal-qtil tal-blogger Daphne Caruna Galizia t-Tnejn li għadda.
Huwa qal li sejjaħ għal investigazzjoni internazzjonali biex titfa’ aktar dawl fuq il-kwistjoni li hija ta’ gravità kbira fl-Unjoni Ewropea.
Il-President tal-Parlament Ewropew iddikjara li sab qbil ġenerali dwar dan inkluż mill-Prim Ministru Joseph Muscat.
Mistoqsi għaliex talab għal investigazzjoni internazzjonali meta ddikjara li għandu fiduċja fl-awtoritajiet Maltin, Tajani wieġeb li l-qtil ta’ Caruana Galizia għandu kuntest ta’ tħassib. Qal li x’aktarx hemm persuni kompliċi, inizjattivi u zviluppi u jista’ jagħti l-kas li fil-qtil hemm persuni li huma lil hinn mill-konfini ta’ Malta.
Kien hawn li Tajani ddikkjara li għandu fiduċja sħiħ fil-Pulizija u fil-Qrati Maltin hekk kif stqarr li għandu fl-awtoritajiet tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea. Huwa żied jgħid li f’din il-kwistjoni hemm bżonn li l-Ewropa kollha tiġi mmobilizzata.
Il-President tal-Parlament Ewropew sostna li ma jafx x’inhi r-raġuni wara l-qtil ta’ Caruana Galizia u mhux fil-kompitu tiegħu li jiddetermina dan.