Anzjan indarab gravi wara li kien involut f’argument ma’ anzjan ieħor fiż-Żurrieq.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tat-tmienja nieqes għaxra wara li raġel irraporta ġewwa l-għassa tal-Pulizija
li kien involut f’argument ma’ raġel ieħor u li waqt dan l-argument huwa safa’ ferut.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li fi Triq il-Barrieri, iż-Żurrieq kien seħħ
argument bejn żewġt irġiel. Il–persuni involuti huma raġel ta’ 67 sena residenti Ħal Kirkop u raġel
ta’ 65 sena residenti ż-Żurrieq.
Ir-raġel ta’ 65 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei għall–kura fejn iżjed tard ġie iċċertifikat li qed isofri
minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha sabiex tiġi stabbilita d-dinamika tal-każ.