F’perjodu ta’ sena, 30,000 turist jiġu jżuru pajjiżna għal skopijiet reliġjużi.
Bil-għan li l-Gvern ikompli jsaħħaħ t-turiżmu reliġjuż, f’pajjiżna twaqqfet kummissjoni magħmula minn; fost oħrajn, uffiċjali tal-kurja u tal-awtorità Maltija għat-turizmu.
L-għan tal-kummissjoni huwa li tanalizza din in-niċċa turistika mhux biss mill-aspett kummerċjali imma anki mill-aspett reliġjuż.
Dan tħabbar mill-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi waqt konferenza li qed tittella’ dwar it-turiżmu reliġjuż.
Fil-konferenza esponenti differenti mill-Università ta’ Malta, l-Istitut ta’ Dublin għat-Teknoloġija u l-Università Leeds Beckett tar-Renju Unit u l-Awtorità Maltija għat-turiżmu stħarrġu l-opportunitajiet minn dan is-suq turistiku.
Intqal kif f’pajjizna l-aktar perjodu li fih jiġu turisti ghal skop reliġjuż huwa fl-ewwel tliet xhur u fl-aħħar tliet xhur tas-sena.
L-etajiet tat-turisti jibdew minn ħamsin sena ‘l fuq u li studjaw f’edukazzjoni terzjarja.