Suq li kapaċi jagħmel dak li jsir fi swieq oħra | One News

Notifiki

Suq li kapaċi jagħmel dak li jsir fi swieq oħra

L-Institutional Financial Securities Market, suq ġdid introdott mill-Borża ta’ Malta, se jkun qed jagħti l-opportunita sabiex fih jinkitbu kumpaniji barranin.

Iċ-chairman tal-Borża ta’ Malta Joseph Portelli nnota kif bħalissa għaddejja diskussjoni sabiex prattikanti jkunu jistgħu isiefru barra mill-pajjiż u jippromwovu dan is-suq.

Dan is-suq huwa parti mill-istrateġija li permezz tagħha, il-Borża ta’ Malta qed timmodernizza u tinternazzjonalizza ruħha.

L-Institutional Financial Securities Market se jkun qed jiżdied maż-żewġt iswieq li l-Borża ta’ Malta topera, iġifieri dak tal-kumpaniji żgħar u medji u dak tal-bejgħ bl-imnut.

L-investiment li jista jsir f’dan is-suq il-ġdid irid jaqbeż il-mitt elf ewro, u l-Borża ta’ Malta qed timmotiva lil diversi entitajiet f’pajjiżna permezz ta’ konferenzi bħalma sar l-Erbgħa filgħodu sabiex jifhmu iktar dan is-suq.

Fl-aħħar mill-aħħar, filwaqt li pajjiżna kiseb suċċess ekonomiku mill-aqwa, Portelli jemmen li dan is-suċċess għandu jkun promoss fuq skala internazzjonali sabiex ikun hemm investiment ikbar f’pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend