F’diskors sinċier fejn iffaċċja b’mod dirett ir-realtà, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar kif kien suġġett tal-kitbiet ta’ Daphne Caruana Galizia għal ħafna snin.
Irrakkontra kif f’ħajtu kienu biss madwar erba’ darbiet fejn kellu kuntatt dirett magħha. Iżda, kienu għoxrin sena fejn kien fil-mira ta’ kitbitha u minkejja dan qatt ma ħass il-bżonn li jattakka. Hu qal li “Qatt f’dawn l-20 sena speċjalment f’dan iż-żmien meta l-poplu fdani għal darba darbtejn nkun Prim Ministru tiegħu, ma mort nitkellem x’imkien biex ngħajjarha biex indawwar lin-nies kontriha, biex ngħid li hi biċċa ġurnalista kif kienu jgħidu lili.”
Dan anke jekk is-sitwazzjoni ma kinetx dejjem faċli.
Tkellem dwar kif hu u familtu draw jgħixu fid-dinja li ħolqot għalihom hi, konxji li setgħu jispiċċaw fuq il-blog tagħha imqar wara żjara f’ristorant.
Iżda, frott it-twemmin fil-libertà tal-esperessjoni dejjem qagħad lura milli jmur il-qorti, għajr f’każ eċċezzjonali.
Muscat qal “Niftakar fil-bidu li lħaqt mexxej, kienu jiddeskrivuni bħala biċċa ġurnalist. Dak il-biċċa ġurnalist baqa’ fija. Naħseb li jien mexxej politiku li fost l-inqas li għamilt libelli fl-istorja tal-pajjiż. Anke jekk kelli fejn ngħamel biżibilju.”
Fil-fatt għandu biss libell wieħed fil-konfront tagħha u qal li se jara li b’dak li jagħmel ma jippreġudikax li toħroġ il-verità.
Hawn irrefera għall-fatt li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia mar jiġri jagħlaq numru ta’ libelli li għamlilha fil-ftit xhur li ilu fil-politika.
Sostna li “Faċli tgħid li se tirtira 7 libelli li għandek u tidher kumpassjonat ħafna. Grejt wisq. Il-fatti li qalet fuqek taf ux se jindifnu magħna.”
Irrefera għal fatt li Caruana Galizia kienet kitbet li kellha ħafna xi tgħid dwar Delia u hawn l-isfida tal-Prim Ministru kienet ċara.
Il-Prim Ministru qal li “Issa għax il-libelli ġew irtirati dawn il-fatti mhux se jidhru qatt fil-Qorti. Itlob inkjesta kif tlabt jien. Għid li tirriżenja jekk jinstab xi ħaġa fuqek kif implikat hi. Kif għidt jien.”
Il-Prim Ministru kien ċar.
Adrian Delia mhux kredibbli anke meta talbu jirriżenja.
Muscaqt qal “Int tiġi tgħidli biex nirreżenja. Xi kredibbilta jista’ jkollok. Kif qalulek sħabek fil-maqħluq. Qalulek għamel awto kritika. Minflok semmejt il-każi kollha li semmiet hi u ħallejt lilek innifsek barra.”
Fakkru kif tkellem dwarha u kif tkellmu ta’ madwaru. Tant li ħassitha mhedda minn nies ta’ madwaru.
Qal “X’għamilt int wara li nies fost l-eqreb tiegħek heddewha. Int kellek aċċess għal chats fejn jheddu li joqtluha u li ppubblikat hi stess. Tafhom personalment, wieħed wieħed, għandek in-numri tagħhom. X’għamilt int.
Il-poplu għandu dritt ikun jaf la int għandek kontroll fuq dawn il-persuni u tiddefendihom.”