Il-kantant ta’ fama mondjali, Ed Sheeran, kiser idu wara li kien involut f’inċident waqt li kien qed isuq ir-rota.
Permezz ta’ messaġġ fuq Facebook il-kantant qal li bħalissa qed jistenna parir mediku, li jaf jaffettwa wħud mill-kunċerti li hemm skedati.
Sheeran ittieħed l-isptar ilbieraħ filgħodu wara li ntlaqat minn vettura waqt li kien qed isuq ir-rota f’Londra.