FILMAT: L-istqarrija tal-Gvern fil-Parlament dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia | One News

Notifiki

FILMAT: L-istqarrija tal-Gvern fil-Parlament dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Fir-reazzjoni tiegħu fil-Parlament għall-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia il-Prim Ministru spjega li l-Gvern għamel kuntatt mal-Gvern Amerikan sabiex l-FBI jassistu fl-investigazzjoni. Huwa żied jgħid li se jara li ssir ġustizzja u li jekk xi ħadd ħaseb li jista joqtol lil xi ħadd u jgħaddiha lixxa f’dan il-pajjiż kien sejjer żbaljat.

Il-Prim Ministru żied jgħid: “Jekk hemm bżonn jista’ anke jkun hemm inkjesta indipendenti minn persuni li jkollhom fiduċja taż-żewġ naħat, persuni li jgawdu rispett nazzjonali li jidħlu f’terms of reference biex insibu l-ħatja.” Fid-diskors tiegħu fil-Parlament, il-Prim Ministru sostna l-impenn tiegħu personali biex “we leave no stone unturned” fuq dan il-każ.

Huwa stieden lil Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, għal laqgħa wara s-seduta Parlamentari biex iż-żewġ naħat tal-kamra jsibu ftehim. Laqgħa li wara li saret, il-Kap tal-PN u l-Prim Ministru qablu li ma jagħtux kummenti dwarha.

Segwi r-reazzjoni tal-Prim Ministru fil-Parlament: 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend