Trump lest biex jirtira mill-ftehim nukleari tal-Iran | One News

Notifiki

Trump lest biex jirtira mill-ftehim nukleari tal-Iran

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump mistenni jneħħi l-appoġġ li hemm fi ftehim nukleari mal-Iran, filwaqt li jiżvela strateġija iktar ibbażata fuq il-konfront.

Dan il-pass mhux se jneħħi lill-Istati Uniti mill-ftehim, iżda se jagħti lill-Kungress sittin jum biex jiddeċiedi jekk jagħmilx dan billi jimponi numru ta’ sanzjonijiet.

Uffiċjali qalu li s-Segretarju tal-Istat Rex Tillerson kien qed jikkonsulta ma’ kontropartijiet fl-Ewropa u ċ-Ċina.

Trump kien ilu taħt pressjoni kemm f’pajjiżu kif ukoll minn madwar id-dinja biex ma jmurx kontra l-ftehim, li fih l-Iran aċċetta li jwaqqaf il-programm nukleari bil-patt u l-kundizzjoni li jkun hemm tneħħija parzjali ta’ sanzjonijiet.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend