Fażi oħra tax-xogħlijiet f’Ħal Qormi – One News

Notifiki

Fażi oħra tax-xogħlijiet f’Ħal Qormi

Bħala parti mix-xogħlijiet estensivi li għaddejjin fi Triq Manwel Dimech u l-junction f’Ħal Qormi, Transport Malta ser tibda l-asfaltar f’dawn l-inħawi, dal-lejl.

Għalhekk, illejla bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u l-5.30 ta’ filgħodu, t-triq ser tingħalaq kompletament għat-traffiku inkluż għat-trasport pubbliku.

Il-pubbliku huwa mitlub jevita din iż-żona u jgħaddi minn toroq alternattivi.  Uffiċjali ser ikunu fuq il-post biex jgħinu fl-immaniġġjar tat-traffiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend