€70 miljun għas-settur kulturali u kreattiv fil-Baġit 2018 | One News

Notifiki

€70 miljun għas-settur kulturali u kreattiv fil-Baġit 2018

Dalgħodu l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici elenka wħud mill-mizuri tal-Baġit 2018 dwar il-kultura.

Il-Ministru Bonnici nnotta kif l-kultura qed tikkontribwixxi 6% tal-prodott gross domestiku ta’ Malta.  Għall-ewwel darba fl-istorja dan is-settur ġie allokat, €70 miljun, għas-settur kulturali u kreattiv żieda ta’ 10% mill-Budget tas-sena ta’ qabel.
€8 miljun minnhom se jmorru għall-Fondazzjoni Valletta 2018 hekk kif is-sena d-dieħla din se tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Id-Direttorat tar-Restawr se jkun allokat  €5.3 miljun allokati għalih biex fost l-oħrajn isiru xogħolijiet fil-Cottonera Lines u l-Victoria Lines.
Il-Gvern għaddej b’ħidma fuq tliet prijoritajiet sabiex il-kultura tkun eqreb tan-nies, settur iktar sostenibbli u b’nies professjonali, kif ukoll il-ħolqien tal-impjiegi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend