Il-whip u deputat tal-Partit Nazzjonalista David Agius tefa’ n-nomina tiegħu għall-kariga ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Parlament.
Dan minkejja li fl-aħħar sigħat kienet qed issir pressjoni kbira biex ma jitfax in-nomina tiegħu biex l-elezzjoni ma tkunx ikkontestata. S’issa huma Agius u Edwin Vassallo li tefgħu n-nomina tagħhom għal din il-kariga, b’dan tal-aħħar jiddikjara li lest li jirtiraha f’każ li d-deputat Nazzjonalista Chris Said jiddeċiedi li jitfa’ ismu għall-kariga.