Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul is-sena li għaddiet kien hemm tnaqqis ta’ ftit anqas minn ħamsa u tletin fil-mija fl-emissjonijiet tal-gassijiet fl-arja meta mqabbel mal-2015.
Matul l-istess sena, il-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Malta baqgħet fl-istess ilma tas-sena ta’ qabel.
Mil-banda l-oħra, il-pajjiż kompla jżid il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi li jiġġeddu tant li fl-aħħar erba’ snin , l-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika jinnota li kienet irreġistrata żieda ta’ madwar tlieta mija u sebgħin fil-mija.
Matul is-sena li għaddiet, ftit anqas minn erbgħa u disgħin fil-mija tal-enerġija rinnovabbli kienet iġġenerata mill-pannelli fotovoltajiċi.
Is-sena li għaddiet aktar min-nofs id-domanda għall-elettriku fil-pajjiż kienet moqdija mill-interconnector.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li fl-2016, kważi terz tad-domanda għall-elettriku f’Malta tintuża fix-xhur tas-sajf għax bejn Lulju u Settembru tintuża 30 fil-mija tal-ġenerazzjoni tal-elettriku.
L-NSO qal li fl-2016, il-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Malta laħqet żewġ miljun u mitejn elf megawatt kull siegħa.