Ġie inawgurat laboratorju għal riċerka dwar l-enerġija solari fi ħdan l-Istitut tal-Enerġija Sostenibbli tal-Universita ta’ Malta , ġewwa Marsaxlokk.
B’investiment ta’ ħames miljun ewro , il-laboratorju se jintuża biex issir aktar riċerka dwar kif il-vantaġġi dan is-sors tant abbundanti f’pajjiżna jkunu jistgħu jiġu sfruttati aħjar.
Spjegalna aktar fid-dettal tal-ħidma li isir f’dan il-laboratorju id-direttur tal-istitu tal-enerġija sostenibbli Luciano Mule Stagno.
Il-laboratorju huwa maqsum fi tnejn. L-ewwel laboratorju jikkonsisti fi kmamar separati li jinkludu mikroskopji għall-preparazzjoni ta’ kampjuni fosthom tal-ittestjar taċ-ċelloli solari.
Fit-tieni laboratorju wieħed isib numru ta’ apparati moderni. Fost dawn insibu wħud li għadhom rari ħafna madwar id-dinja, b’apparat minnhom li jeżistu biss għaxra minnu.