Jitwaqqaf fl-Ajruport wara sejba ta' droga | One News

Notifiki

Jitwaqqaf fl-Ajruport wara sejba ta’ droga

Dan il-lejl uffiċjali tad-dwana flimkien mal-Pulizija tal-iskwadra ta’ kontra d-droga nterċettaw tlett pakketti kokaina u eroina, minn fuq raġel ta’ nazzjonalità Niġerjana li kien dieħel f’ pajjiżna mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Dan wara suspetti li fil-bagalja li kien qed iġorr seta’ kien hemm id-droga, filfatt meta eżaminaw il-bagalja sabu file fil-qiegħ tal-istess bagalja u li fih kien hemm din id-droga.

Ir-raġel ġie arrestat, u bħalissa għadejjin l-investigazzjonijiet tal-pulizija filwaqt li mistenni jitressaq il-qorti fis-sigħat li ġejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend