Tal-linja card b'xejn għal dawk bejn 16 u 20 sena | One News

Notifiki

Tal-linja card b’xejn għal dawk bejn 16 u 20 sena

Filwaqt li tal-linja card diġa qed tintuża b’xejn minn żgħażagħ ta’ 18 –il sena, issa se tkun qed tingħata liż-żgħażagħ kollha ta’ bejn is-16 u l-20 sena.  B’hekk kull żgħażugħ se jkun jista’ jibbenefika minn massimu ta’ €312 fis-sena għall-erba’ snin konsekuttivi.

Dwar it-trasport pubbliku l-gvern ħabbar li se jkun qed jinvesti f’bus shelters ġodda filwaqt li se jitjieb ukoll is-servizz tal-Ferry bejn il-portijiet.

Dan filwaqt li l-użu ta’ mutur se jkompli jiġi mħeġġeġ permezz tal-inċentiv ta’ massimu ta’ €400 għall-kull min jixtri l-ewwel mutur, scooter jew rota b’mutur tal-elettriku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend