Ġuvnott li rreżista l-arrest għat-tieni darba f’sena franka sentenza ta’ ħabs wara li ommu ddefendietu u ħarġitlu l-flus biex tiggarantilu l-ħelsien mill-arrest.
Dylan Zerafa, ta’ tmintax-il sena mill-Imsida tressaq il-qorti wara argument li seħħ fit-tlieta ta’ filgħodu fi Triq San Ġorġ f’Paceville.
L-ispettur tal-pulizija, Matthew Spagnol qal lill-qorti li l-ġuvnott ma obdiex, hedded u darab ħafif uffiċjal tal-pulizija mara.
Innota wkoll li l-istess żmien is-sena li għaddiet, Zerafa kien involut f’inċident simili.
Il-qorti ggarantit li l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ elf ewro u depositu ta’ ħamest elef ewro.
Huwa kien ordnat ukoll biex jirraporta darbtejn fl-għassa tal-pulizija tal-Imsida, biex jibqa’ ħġewwa bejn it-tmienja ta’ filgħaxija u s-sitta ta’ filgħodu u biex iżomm ‘il bogħod minn Paceville u San Ġiljan.