Sewwieq ta’ mutur u ċiklist ittieħdu l-isptar wara li kmieni dalgħodu kienu involuti f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:45 ta’ dalgħodu fi triq iż-Żejfa fil-Mosta meta għal xi raġuni mutur misjuqa minn ġuvni ta’ 27 sena residenti l-Isla kellu impatt ma’ ċiklist ta’ 50 sena residenti mill-Mosta waqt li kien fuq ir-rota.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet liċ-ċiklist u lis-sewwieq l-isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.